Kamra tal-banju Bathroom

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal KAMRA TAL-BANJU. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAMRA biż-żewġ idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel fin-nofs fuq quddiem. Il-werrejja jersqu lejn il-ġnub imbagħad jersqu lura u wara jersqu fin-nofs fejn jerġgħu jiltaqgħu. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal INĦASEL. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa u jduru fuq is-sider, id ftit iktar ’il fuq mill-oħra. It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn forma ta’ ponn. Id waħda titqiegħed bil-pala tħares ’il barra ’l fuq mill-ispalla waqt li l-oħra titqiegħed bil-pala tħares ’il ġewwa livell tal-qadd. L-idejn jimxu ftit ’il fuq u ’l isfel djagonalment laġenba qisu qed jixxuttaw id-dahar.

There are two signs for BATHROOM. The first sign has two parts. (i) First the sign for ROOM is made with both hands in the shape of 1 with palms facing downwards at the front in the middle. The index fingers move towards the sides then move backwards and finally go back to the middle where they meet again. (ii) Then the sign for WASH ONESELF is made. The hands take the shape of 5 with the palms facing inwards. The hands rotate over the chest, one a little above the other. The second sign is made with both hands in the shape of fists. One hand is placed with palm facing outwards above shoulder level whilst the other is placed with palm facing inwards at waist level. The hands move up and down diagonally sideways as though drying the back.